7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/36


Artikolu 92

Id-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom ikunu applikabbli għall-oġġetti u prodotti msemmija fil-listi li jidhru fl-Anness IV ta' dan it-Trattat.

Dawn il-listi jistgħu, fuq talba tal-Kummissjoni jew minn Stat Membru, jiġu mmodifikati mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni.